Darba, jien u nistenna biex ninżel minn fuq tal-linja, bil-wieqfa ikkrepat, b’wiċċi mkaħħal mas-saqaf tal-faux-injam intbaħt li miegħu xi ħadd kien ħalla mħażża… bit-Tipp-Ex… espressjoni matematika!…
… jew għall-inqas, ħa, il-bidu ta’ waħda, għax għal xi raġuni (li niddubita qattx se nsiru nafuha) kien imbagħad telaqha nofs leħja.
Għalhekk, f’ġieħ l-inizjattiva tassew nobbli li kien intraprenda dal-matematiku anonimu fl-interess edukattiv tal-Ġens, ħadtha miegħi id-dar, u lestejtha.