Showing posts with label barranin. Show all posts
Showing posts with label barranin. Show all posts
  1. Speed

    Dar-rakkont bagħtuli sieħbi Thomas bl-email

    Lili u lid-D ġratilna waħda funny u ftit tal-biża’ darba meta konna sejrin Paceville fuq is-62. Bażikament taf kif qabel ma’ l-karozza ddur għal ġot-terminus hemm stop fuq ix-xellug? Ħafna drabi anke jekk xi ħadd kien ikun ċempel, id-drivers ma kenux jieqfu hemmhekk imma jibqgħu sejrin u jieqfu t-terminus. Insomma, ġara li xi ħadd ċempel u d-driver baqa’ sejjer. Nimmaġina li jekk ma tkunx taf li se jdur lura għat-terminus tippanikkja xi ftit u terġa’ ċċempel. Dan min kien hekk għamel.

    Issa tal-linja kienet mimlija choc-a-bloc u kien hemm tnejn barranin bil-wieqfa ntefgħu ikunu funny u x’ħin semgħu ’il-qampiena ċċempel darbtejn intefgħu iċemplu non-stop. Hekk kif id-driver saq għal ġot-terminus qabżitlu ċ-ċinga u qabad, qam bil-karozza ghadha in motion u mar ifittex min kien qed jitnejjek. In-nisa kollha werżqu Madonna! waqt li d-driver sab ’il-funny guys u fajrilhom daqqa ta’ ħarta ta’ Kristu (Int? Int kont? PAĦ!)… sadattant waħda mara kienet intefgħet wara l-isteering f’xena li fakkritni fil-film Speed, u ħadd ma weġġa’ (ħlief il-funny guys).


  2. Cheap… like us

    Dalgħodu wasalt minn vjaġġ qsajjar f’Barcelona. Ħriġt mill-ajruport, u mort fuq l-istage nistenna ’l-8 għall-Belt. Bdew jinġemgħu Maltin u turisti, u wara ftit tal-ħin waslet.

    Turista tħallas lix-xufier biż-żagħar Mela Portugiż li kien quddiemi mal-mara kien imiss lilu biex jaqta’ l-biljett. Peress li kien għadu jasal, ma kellux ideja kemm jiswa l-biljett, u kollu fixla lix-xufier ippreżentalu xi għoxrin lira karti u xi ftit muniti…

    Imma x-xufier qallu No, no, no!… u ħadlu biss 40c miż-żagħar… here in Malta, bus is cheap… like us!

    Ħaħħa! Like us!? Xiż-żobb??